Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2165

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2165]

    ĠU L 291, 10.11.2022, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2165/oj

    10.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/62


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 173/2019

    tal-14 ta’ Ġunju 2019

    li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2165]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) kien inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 194/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 (1).

    (2)

    Il-funzjonijiet tat-traduzzjoni pprovduti mill-pjattaforma tal-ODR fir-rigward tal-lingwa Iżlandiża issa jiżguraw kwalità komparabbli tal-funzjonijiet kollha ma’ dik offruta għal-lingwi l-oħra. Huwa għalhekk xieraq li jintemmu l-miżuri rigward il-funzjonijiet tat-traduzzjoni lejn u mil-lingwa Iżlandiża stabbiliti fl-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-adattament (c) fil-punt 7j (ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIX jitħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 80, 22.3.2018, p. 37.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top