Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 22022D2159
Decision of the EEA Joint Committee No 167/2019 of 14 June 2019 amending Annex XI (Electronic communication, audiovisual services and information society) to the EEA Agreement [2022/2159]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru Nru 167/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2159]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru Nru 167/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2159]
ĠU L 291, 10.11.2022, blz. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Nog niet in werking of datum inwerkingtreding onbekend (in afwachting van kennisgeving).
Verband | Besluit | Toelichting | Betrokken onderverdeling | Van | tot |
---|---|---|---|---|---|
wijziging | 21994A0103(61) | Żieda | punt 5lb | ||
wijziging | 21994A0103(61) | Żieda | punt 5lc | ||
wijziging | 21994A0103(61) | Żieda | punt 5ld | ||
wijziging | 21994A0103(61) | Żieda | punt 5le |
10.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru Nru 167/2019
tal-14 ta' Ġunju 2019
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2159]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat-22 ta' Mejju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-għamla tal-marka ta' fiduċja tal-UE għas-servizzi fiduċjarji kkwalifikati (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta' fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem u siġilli skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(5) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 5la (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/709/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“5lb. |
32015 R 0806: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat-22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati (ĠU L 128, 23.5.2015, p. 13). |
5lc |
32015 D 1505: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 26). |
5ld |
32015 D 1506: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37). |
5le |
32016 D 0650: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem u siġilli skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 109, 26.4.2016, p. 40).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/806, u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1505, (UE) 205/1506 u (UE) Nru 2016/650 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2018 tad-9 ta' Frar 2018 (5), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 128, 23.5.2015, p. 13.
(2) ĠU L 235, 9.9.2015, p. 26.
(3) ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37.
(4) ĠU L 109, 26.4.2016, p. 40.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.