Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2133

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2019 tal-14 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2133]

    ĠU L 291, 10.11.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2133/oj

    10.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 141/2019

    tal-14 ta' Ġunju 2019

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2133]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/145 tat-30 ta' Jannar 2019 li jirretifika l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I għall-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 51 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32019 R 0145: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/145 tat-30 ta’ Jannar 2019 (ĠU L 27, 31.1.2019, p. 11).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (UE) 2019/145 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 27, 31.1.2019, p. 11.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top