Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021X0430(01)

    Avviż lill-qarrej

    SN/2356/2021/INIT

    ĠU L 149, 30.4.2021, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/1


    Avviż lill-qarrej

    Minħabba li kien tard ħafna meta tlestew in-negozjati tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata, u l-Ftehim bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari (“il-Ftehimiet”), ma kienx possibbli li tipproċedi r-reviżjoni legali lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet qabel ma dawn ġew iffirmati u applikati proviżorjament. B’riżultat ta’ dan, it-testi tal-Ftehimiet ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Diċembru 2020 (1) seta’ kien fihom żbalji tekniċi u ineżattezzi.

    Kif previst fl-Artikolu 780 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u l-Artikolu 25 tal-Ftehim għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari, immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehimiet, il-Partijiet ipproċedew bir-reviżjoni legali lingwistika finali tat-testi tal-Ftehimiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża.

    Permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi tal-21 ta’ April 2021, il-Partijiet stabbilew it-testi riveduti tal-Ftehimiet f’dawk il-lingwi kollha bħala awtentiċi u definittivi. Dawn it-testi awtentiċi u definittivi jissostitwixxu ab initio l-verżjonijiet iffirmati tal-Ftehimiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fil-31 ta’ Diċembru 2020.


    (1)  ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2.


    Top