This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22021D1082
Decision No 3 of the Korea-EU Trade Committee of 29 April 2021 on the amendment of Appendices 2-C-2 and 2-C-3 of Annex 2-C to the EU-Korea Free Trade Agreement (2021/1082)
Deċiżjoni Nru 3 tal-Kumitat ue-Korea għall-Kummerċ tad-29 ta’ April 2021 dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Korea (2021/1082)
Deċiżjoni Nru 3 tal-Kumitat ue-Korea għall-Kummerċ tad-29 ta’ April 2021 dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Korea (2021/1082)
PUB/2021/430
ĠU L 235, 2.7.2021, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22011A0514(01) | Sostituzzjoni | anness 2-C appendiċi 2-C-2 tabella 1 | 01/07/2021 | |
Modifies | 22011A0514(01) | Sostituzzjoni | anness 2-C appendiċi 2-C-3 tabella 1 | 01/07/2021 |
2.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/1 |
DEĊIŻJONI Nru 3 TAL-KUMITAT UE-KOREA GĦALL-KUMMERĊ
tad-29 ta’ April 2021
dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Korea
(2021/1082)
IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn ir- Unjoni Ewropea (“UE”) u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, Repubblika tal-Korea (“il-Korea”)u l-, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim” u l-“Partijiet”, rispettivament), u b’mod partikolari l-Artikoli 15.1.4(c) u 15.5.2 tiegħu, u l-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 15.1.4 (c) tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Partijiet jista’ jikkunsidra emendi għall-Ftehim jew jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fil-każijiet li jkun hemm provvediment speċifiku għalihom fil-Ftehim. |
(2) |
L-Artikolu 15.5.2 tal-Ftehim jipprovdi li deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ biex jiġu emendati l-Annessi, l-Appendiċijiet, il-Protokolli u n-Noti għall-Ftehim tista’ tiġi adottata mill-Partijiet, suġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom. |
(3) |
L-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tal-Ftehim jagħti l-kompitu lill-Partijiet sabiex jirrevedu l-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C mhux inqas minn kull tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bil-għan li jkomplu jżidu l-aċċettazzjoni tal-prodotti kif stabbilit fis-subparagrafu (a) tal-istess Artikolu, filwaqt li jitqies kwalunkwe żvilupp regolatorju li seta' seħħ internazzjonalment jew fil-Partijiet. Huwa jispeċifika wkoll li kwalunkwe modifika fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 għandha tiġi deċiża mill-Kumitat għall-Kummerċ. |
(4) |
L-UE u il-Korea mmodifikaw ir-regolamenti tekniċi sabiex iżommu l-istess grad ta’ aċċess għas-suq kopert mill-Artikolu 1.2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim. Barra minn hekk, ir-referenzi għall-“UNECE” fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 issa jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għar-“Regolament tan-NU” konsegwentement għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni tar-Regolamenti Tekniċi Armonizzati tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn ir-Regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti (Reviżjoni 3) (1) tal-20 ta’ Ottubru 2017. |
(5) |
It-Tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-2 ġiet modifikata kif ġej:
|
(6) |
It-Tabella 2 tal-Appendiċi 2-C-2 tibqa’ mhux mibdula. |
(7) |
It-Tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-3 ġiet modifikata kif ġej:
|
(8) |
It-Tabella 2 tal-Appendiċi 2-C-3 tibqa’ mhux mibdula. |
(9) |
Skont l-Artikolu 12.2 fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat UE-Korea għall-Kummerċ tat-23 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ, fil-perjodu bejn il-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ huwa jista’ jadotta deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu. Il-proċedura bil-miktub tkun tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-Presidenti tal-Kumitat għall-Kummerċ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim hija sostitwita bit-Tabella 1 tal-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim hija sostitwita bit-Tabella 1 tal-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.
(1) E/ECE/TRANS/505/Rev.3.
ANNESS 1
Appendiċi 2-C-2
Tabella 1
Lista msemmija fl-Artikolu 3(a)(i) tal-Anness 2-C
Suġġett |
Rekwiżiti |
Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti (jekk jeżisti) (1) |
Livell permissibbli ta’ ħoss |
Reg tan-NU (2). 51 |
Id-Direttiva 70/157/KEE, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 |
Sistemi ta’ sajlensers ta’ sostituzzjoni |
Reg. tan-NU 59 |
Id-Direttiva 70/157/KEE, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 |
Emissjonijiet ta’ vetturi ħfief |
Reg. tan-NU 83 |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012, (UE) 2016/427, (UE) 2016/646, (UE) 2017/1151, (UE) 2017/1154, (UE) 2018/1832 |
Konvertituri katalitiċi ta’ sostituzzjoni |
Reg. tan-NU 103 |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 |
Tankijiet tal-fjuwil |
Reg. tan-NU 34 |
|
Tankijiet tal-LPG |
Reg. tan-NU 67 |
|
Tankijiet tas-CNG |
Reg. tan-NU 110 |
|
Apparat protettiv ta’ wara |
Reg. tan-NU 58 |
|
Sforz għall-istering |
Reg. tan-NU 79 |
|
Lukketti u ċappetti tal-bibien |
Reg. tan-NU 11 |
|
Twissija akustika |
Reg. tan-NU 28 |
|
Tagħmir għall-viżjoni indiretta |
Reg. tan-NU 46 |
|
Ibbrejkjar ta' vetturi tqal |
Reg. tan-NU 13 |
|
Ibbrejkjar ta' vetturi ħfief |
Reg. tan-NU 13H |
|
Firrodi tal-brejkijiet |
Reg. tan-NU 90 |
|
Interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika) |
Reg. tan-NU 10 |
|
Duħħan tad-diesel |
Reg. tan-NU 24 |
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 |
Aċċessorji ta’ ġewwa |
Reg. tan-NU 21 |
|
UNECE Reg. |
Reg. tan-NU 18 |
|
Apparat kontra s-serq u immobilizzatur |
Reg. tan-NU 116 |
|
Sistemi ta’ allarm tal-vetturi |
Reg. tan-NU 97 Reg. tan-NU 116 |
|
Reazzjoni tat-tagħmir tal-istering fil-każ ta’ ħabta |
Reg. tan-NU 12 |
|
Saħħa tas-sit |
Reg. tan-NU 17 |
|
Saħħa tas-sits (karozzi tal-linja u kowċis) |
Reg. tan-NU 80 |
|
Projjezzjonijiet esterni |
Reg. tan-NU 26 |
|
Spidometru |
Reg. tan-NU 39 |
|
Ankraġġi taċ-ċinturin tas-sigurtà |
Reg. tan-NU 14 |
|
Installazzjoni ta’ dwal u apparat ta’ sinjalazzjoni bid-dawl |
Reg. tan-NU 48 |
|
Retrorifletturi |
Reg. tan-NU 3 |
|
Fanali end-outline, tal-pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), tal-waqfien |
Reg. tan-NU 7 |
|
Fanali tas-sewqan binhar |
Reg. tan-NU 87 |
|
Fanali ta’ mmarkar għall-ġenb |
Reg. tan-NU 91 |
|
Indikaturi tad-direzzjoni |
Reg. tan-NU 6 |
|
Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara |
Reg. tan-NU 4 |
|
Fanali ta’ quddiem (R2 u HS1) |
Reg. tan-NU 1 |
|
Fanali ta’ quddiem (sealed beam) |
Reg. tan-NU 5 |
|
Fanali ta’ quddiem (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, u/jew H8. H9, HIR1, HIR2 u/jew H11) |
Reg. tan-NU 8 |
|
Fanali ta’ quddiem (H4) |
Reg. tan-NU 20 |
|
Fanali ta’ quddiem (halogen sealed beam) |
Reg. tan-NU 31 |
|
Lampi bil-filament għall-użu f’unitajiet ta’ lampi approvati |
Reg. tan-NU 37 |
|
Fanali ta’ quddiem b’sorsi ta’ dawl bi skariku f’gass |
Reg. tan-NU 98 |
|
Għejjun ta’ dawl tal-gass għall-użu f’unitajiet ta’ lampi tal-gass approvati |
Reg. tan-NU 99 |
|
Fanali ta’ quddiem (passing beam asimetriku) |
Reg. tan-NU 112 |
|
Sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem |
Reg. tan-NU 123 |
|
Fanali ta’ quddiem ta’ kontra ċ-ċpar |
Reg. tan-NU 19 |
|
Il-fanali kontra ċ-ċpar ta’ wara |
Reg. tan-NU 38 |
|
Fanali tar-rivers |
Reg. tan-NU 23 |
|
Dwal tal-ipparkjar |
Reg. tan-NU 77 |
|
Ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin |
Reg. tan-NU 16 |
|
Trażżin għat-tfal UNECE Reg. |
Reg. tan-NU 44 |
|
Kamp ta’ viżta ’l quddiem |
Reg. tan-NU 125 |
|
Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi |
Reg. tan-NU 121 |
|
Sistemi tas-sħana |
Reg. tan-NU 122 |
|
Ilqugħ għar-ras (ikkombinat mas-sits) |
Reg. tan-NU 17 |
|
Trażżin tar-ras |
Reg. tan-NU 25 |
|
Emissjonijiet ta’ CO2 - Karrozzi tal-passiġġieri li jużaw il-fjuwil b’mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq |
Reg. tan-NU 101 |
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 |
Qawwa tal-magna |
Reg. tan-NU 85 |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 692/2008 u (UE) Nru 582/2011. |
Emissjonijiet ta’ vetturi tqal |
Reg. tan-NU 49 |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 595/2009, (UE) Nru 582/2011, (UE) 2016/1718 |
Protezzjoni laterali |
Reg. tan-NU 73 |
|
Ħġieġ tas-sigurtà |
Reg. tan-NU 43 |
|
Tajers, vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom |
Reg. tan-NU 30 |
|
Tajers, vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom |
Reg. tan-NU 54 |
|
Roti/tajers sper għall-użu temporanju |
Reg. tan-NU 64 |
|
Ħoss rolling |
Reg. tan-NU 117 |
|
Tagħmir li jillimita l-veloċità |
Reg. tan-NU 89 |
|
Akkoppjamenti |
Reg. tan-NU 55 |
|
Tagħmir ta’ gganċjar mill-qrib |
Reg. tan-NU 102 |
|
Fjammabilità |
Reg. tan-NU 118 |
|
Karozzi tal-linja u kowċis |
Reg. tan-NU 107 |
|
Saħħa tas-sovrastruttura (karozzi tal-linja u kowċis) |
Reg. tan-NU 66 |
|
Impatt frontali |
Reg. tan-NU 94 |
|
Impatt fil-ġenb |
Reg. tan-NU 95 |
|
Vetturi maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża |
Reg. tan-NU 105 |
|
Protezzjoni ta’ quddiem kontra l-underrun |
Reg. tan-NU 93 |
|
(1) Vojt fit-tielet kolonna (ir-Regolament Tekniku korrispondenti tal-UE) tfisser li r-Regolament korrispondenti huwa l-istess bħar-Regolament tan-NU fit-tieni kolonna (Rekwiżiti).
(2) Taqsira ta’ “Regolament tan-NU”, li qabel kien magħruf bħala “UNECE”.
ANNESS 2
Appendiċi 2-C-3
Tabella 1
Lista msemmija fl-Artikolu 3(a)(ii) tal-Anness 2-C
Suġġett |
Rekwiżiti |
Regolamenti Tekniċi Korrispondenti Koreani |
|
Okkupant protezzjoni minn ħabta |
Minn quddiem |
Reg. tan-NU 94 |
KMVSS (1) Artikolu 102 Paragrafi 1 u 3 |
Mill-ġenb |
Reg. tan-NU 95 |
KMVSS Artikolu 102 Paragrafu 1 |
|
Spostament lura tal-kontroll tal-istering |
Reg. tan-NU 12 |
KMVSS Artikolu 89 Paragrafu 1 Punt 2 |
|
Protezzjoni minn ħabta għas-sewwieq mis-sistema ta’ kontroll tal-istering |
Reg. tan-NU 12 |
KMVSS Artikolu 89 Paragrafu 1 Punt 1 |
|
Sistemi ta’ siting |
Reg. tan-NU 17 |
KMVSS Artikolu 97 |
|
Trażżin tar-ras |
Reg. tan-NU 17 Reg. tan-NU 25 GTR 7 |
KMVSS Artikoli 26, 99 |
|
Serraturi tal-bibien u komponenti li jżommu l-bibien |
Reg. tan-NU 11 GTR 1 |
KMVSS Artikolu 104 Paragrafu 2 |
|
Impatt fuq il-panel tal-istrumenti |
Reg. tan-NU 21 |
KMVSS Artikolu 88 |
|
Impatt fuq id-dahar tas-sit |
Reg. tan-NU 21 |
KMVSS Artikolu 98 |
|
Impatt fuq il-puġġaman |
Reg. tan-NU 21 |
KMVSS Artikolu 100 |
|
Impatt fuq l-ilqugħ mix-xemx |
Reg. tan-NU 21 |
KMVSS Artikolu 101 |
|
Impatt fuq il-mera ta’ ġewwa li turi fuq wara |
Reg. tan-NU 46 |
KMVSS Artikolu 108 |
|
Tagħmir ta' rmonk |
Ir-Regolament (UE) Nru 1005/2010 |
KMVSS Artikolu 20 Paragrafu 1 |
|
Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara |
Reg. tan-NU 58 |
KMVSS Artikolu 19 Paragrafu 4 u l-Artikolu 96 |
|
Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl |
Installazzjoni |
Reg. tan-NU 48 |
KMVSS Artikoli 38, 38-2, 38-3, 38-4, 38-5, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 44-2, 45, 45-2, 47 u 49 |
Fanal ta’ quddiem |
Reg. tan-NU 1, 2, 5, 8, 20, 31, 37, Reg. tan-NU 98, 99, 112, 113, 123 |
KMVSS Artikolu 38, Artikolu 48 Paragrafu 3 |
|
|
Fanal għaċ-ċpar ta’ quddiem |
Reg. tan-NU 19 |
KMVSS Artikolu 38-2 Paragrafu 1 |
Fanal għal binhar |
Reg. tan-NU 87 |
KMVSS Artikolu 38-4 |
|
Fanal għall-kantunieri |
Reg. tan-NU 119 |
KMVSS Artikolu 38-5 |
|
Fanal ta’ back-up |
Reg. tan-NU 23 |
KMVSS Artikolu 39 |
|
Fanal tal-ikklirjar |
Reg. tan-NU 7 |
KMVSS Artikolu 40 |
|
Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni |
Reg. tan-NU 4 |
KMVSS Artikolu 41 |
|
Fanal ta’ wara |
Reg. tan-NU 7 |
KMVSS Artikolu 42 |
|
Fanal tal-waqfien |
Reg. tan-NU 7 |
KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 1 |
|
Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs |
Reg. tan-NU 7 |
KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 2 |
|
Sinjal tad-dawrien |
Reg. tan-NU 6 |
KMVSS Artikolu 44 |
|
Sinjal tad-dawrien awżiljajru |
Reg. tan-NU 7 |
KMVSS Artikolu 44 |
|
Fanal ta’ mmarkar għall-ġenb |
Reg. tan-NU 91 |
KMVSS Artikolu 44-2 |
|
Fanal taċ-ċpar ta’ wara |
Reg. tan-NU 38 |
KMVSS Artikolu 38-2 Paragrafu 2 |
|
Tagħmir ta’ riflessjoni għal wara |
Reg. tan-NU 70 Reg. tan-NU 3 |
KMVSS Artikolu 49 |
|
Viżibbiltà tas-sewwieq |
Reg. tan-NU 46 |
KMVSS Artikolu 50, Artikolu 94 |
|
Qawwa tal-magna |
Reg. tan-NU 85 |
KMVSS Artikolu 111 |
|
Tagħmir biex jiżgura l-viżibbiltà tas-sewwieq |
Sistema li tnaddaf il-windskrin |
Regolamentazzjoni (UE) Nru 1008/2010 |
KMVSS Artikolu 51 Paragrafu 2, Artikolu 109 Punt 1 |
Sistema sabiex jiddewweb is-silġ |
Ir-Regolament (UE) Nru 672/2010 |
KMVSS Artikolu 109 Punt 2 |
|
Sistema li tneħħi ċ-ċpar |
Ir-Regolament (UE) Nru 672/2010 |
KMVSS Artikolu 109 Punt 3 |
|
Sistema li taħsel il-windskrin |
Ir-Regolament (UE) Nru 1008/2010 |
KMVSS Artikolu 109 Punt 4 |
|
Brejk tal-vettura tal-passiġġier |
Reg. tan-NU 13H |
KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 1 |
|
Sistema ta’ brejkijiet ħlief il-vettura tal-passiġġier u l-karru |
Reg. tan-NU 13 |
KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 2 |
|
Sistema ta’ brejkijiet tal-karru |
Reg. tan-NU 13 |
KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 3 |
|
Sistema ta’ brejkijiet anti-lock, ħlief il-karru |
Reg. tan-NU 13 |
KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 4 |
|
Sistema ta’ brejkijiet anti-lock tal-karru |
Reg. tan-NU 13 |
KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 5 |
|
Sforz għall-istering |
Reg. tan-NU 79 |
KMVSS Artikolu 14 Artikolu 89, Paragrafu 2 |
|
Tagħmir li jillimita l-veloċità |
Reg. tan-NU 89 |
KMVSS Artikolu 110-2 |
|
Spidometru |
Reg. tan-NU 39 |
KMVSS Artikolu 110 |
|
Kompatibbiltà elettromanjetika |
Reg. tan-NU 10 |
KMVSS Artikolu 111-2 |
|
Tnixxija ta’ karburant wara ħabta |
Reg. tan-NU 34 Reg. tan-NU 94 Reg. tan-NU 95 |
KMVSS Artikolu 91 |
|
Impatt fuq il-bamper |
Reg. tan-NU 42 |
KMVSS Artikolu 93 |
|
Ankraġġi tal-armar taċ-ċinturini ta’ sigurtà |
Reg. tan-NU 14 Reg. tan-NU 16 |
KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4; Artikolu 103 |
|
Ankraġġ tas-sit tat-tfal |
Reg. tan-NU 14 |
KMVSS Artikolu 27-2, Artikolu 103-2 |
|
Ħoss tal-ħorn, ħoss stazzjonarju u sajlensers għall-vetturi (4 roti) |
Reg. tan-NU 28 Reg. tan-NU 51 |
KMVSS Artikoli 35, 53, NVCA Artikolu 30 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu (2) Artikolu 29 |
|
Emissjoni u ħoss (ħlief il-ħoss li jinstema’ mill-qrib ta’ 3 jew 4 roti) għall-muturi |
Reg. tan-NU 40, Reg. tan-NU 41, Reg. tan-NU 47 Ir-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) Nru 134/2014 |
CACA (3) Artikolu 46 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 62, NVCA Artikolu 30 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 29 |
|
Emissjonijiet tad-Diżil (inkluża l-OBD) |
Vettura ta’ inqas minn 3.5t |
Reg. tan-NU 83 Reg. tan-NU 24 Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012 |
CACA Artikolu 46 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 62 |
Vettura ta’ aktar minn 3.5t |
Reg. tan-NU 49 Ir-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) Nru 582/2011 |
||
Tajers |
Reg. tan-NU 30, 54, 75, 106, 117, 108, 109 |
L-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, Artikoli 15, 18 u 19; Ir-Regoli tal-Infurzar tal-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, Artikolu 3, il-paragrafu 4, Artikolu 26; KMVSS Artikolu 12 Paragrafu 1 |
(1) Dawk li qabel kienu magħrufa bħala “Standards tal-Korea tas-Sikurezza tal-Vetturi bil-Mutur”, li ngħataw l-isem ġdid ta’ “Regoli dwar il-Prestazzjonijiet u l-Istandards tal-Vetturi bil-Muturi u l-Parts Koreani” mill-1 ta’ Lulju 2014.
(2) Il-Ministeru tal-Ambjent tal-Korea.
(3) L-Att dwar il-Konservazzjoni tal-Arja Nadifa tal-Korea.