This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22021D0187
Decision of the EEA Joint Committee No 125/2018 of 6 July 2018 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2021/187]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/187]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/187]
ĠU L 67, 25.2.2021, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 105 | ||
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 84 inċiż |
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 125/2018
tas-6 ta’ Lulju 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/187]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/187 tas-6 ta' Frar 2018 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Emilia-Romagna fl-Italja (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/193 tas-7 ta’ Frar 2018 li tawtorizza laboratorju fil-Brażil biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 104 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/223):
Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/187 u (UE) 2018/193 bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.