This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22020D0487
Decision No 1/2019 of the EU-CTC Joint Committee established by the Convention of 20 May 1987 on a common transit procedure of 4 December 2019 amending that Convention [2020/487]
Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-4 ta’ Diċembru 2019 li temenda dik il-Konvenzjoni [2020/487]
Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-4 ta’ Diċembru 2019 li temenda dik il-Konvenzjoni [2020/487]
PUB/2020/109
ĠU L 103, 3.4.2020, p. 47–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi I artikolu 111 | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi I artikolu 55 paragrafu 3 paragrafu mhux numerat 2 | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi I artikolu 57 paragrafu 3 punt (b) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi I artikolu 75 paragrafu 2 punt (a) punt (vi) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi I artikolu 75 paragrafu 2 punt (b) punt (vii) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi I artikolu 75 paragrafu 2 punt (c) punt (xii) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi II artikolu 2a | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Tħassir | appendiċi III anness B1 FOOTNOTE (1) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Żieda | appendiċi I artikolu 75 paragrafu 3 | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Żieda | appendiċi II titolu (suddiviżjoni) Ia | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi I artikolu 13 paragrafu 1 punt (a) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi I artikolu 55 paragrafu 1 punt (e) | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi I artikolu 7 paragrafu 2 | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi I kapitolu VII titolu | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi II titolu (suddiviżjoni) I titolu | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness B1 Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness B6 titolu (suddiviżjoni) III Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness C1 punt 1 Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness C2 punt 1 Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness C4 punt 1 Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness C5 Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi III anness C6 Test | 04/12/2019 | |
Modifies | 21987A0813(01) | Sostituzzjoni | appendiċi IIIa anness A1 titolu (suddiviżjoni) IV Test | 04/12/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 22020D0487R(01) | (FR) |
3.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/47 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT EU-CTC STABBILIT PERMEZZ TAL-KONVENZJONI TAL-20 TA’ MEJJU 1987 DWAR PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANŻITU
tal-4 ta’ Diċembru 2019
li temenda dik il-Konvenzjoni [2020/487]
IL-KUMITAT KONĠUNT EU-CTC
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1) (“il-Konvenzjoni”), il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz ta’ dik il-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt EU-CTC”) irid jadotta, permezz ta’ deċiżjoni, emendi għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li jikkonċernaw is-simplifikazzjoni tat-tranżitu, li jikkonsistu fl-użu tad-dokument tat-trasport elettroniku (ETD) bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru, ilhom japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2018. Is-simplifikazzjoni tat-tranżitu preċedenti għat-trasport bl-ajru setgħet tintuża biss sal-1 ta’ Mejju 2018. Għalhekk, ir-referenzi kollha għas-simplifikazzjoni tat-tranżitu preċedenti għat-trasport bl-ajru jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistabbilixxi qafas legali għall-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2018. Dak ir-Regolament ħassar l-att legali preċedenti f’dan il-qasam, jiġifieri d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Konsegwentement, ir-referenzi għad-Direttiva 95/46/KE li saru fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) 2016/679. |
(4) |
L-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (4), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-applikanti sabiex jiġu awtorizzati jużaw garanzija komprensiva b’ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija, ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1118 (5). Bħala riżultat ta’ dik l-emenda, tneħħa r-rekwiżit dwar riżorsi finanzjarji suffiċjenti bħala kundizzjoni awtonoma, minħabba li l-esperjenza prattika wriet li din il-kundizzjoni ġiet interpretata b’mod restrittiv wisq u ffukat biss fuq id-disponibbiltà tal-flus kontanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi li jħallsu l-ammont sħiħ tad-dejn tiġi integrata fil-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. L-Artikolu 75 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jirrifletti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Attwalment, il-kundizzjonijiet li skonthom il-merkanzija trasportata fil-kuritur T2 iżżomm l-istatus doganali tagħha ta’ merkanzija tal-Unjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 2a tat-Titolu I tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa limitat għal merkanzija mhux imqiegħda skont il-proċedura ta’ esportazzjoni. Ma kinitx l-intenzjoni li tali restrizzjoni tiġi stabbilita għal merkanzija tal-Unjoni trasportata fil-kuritur T2. Għalhekk, l-Artikolu 2a tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jenħtieġ li jitħassar mit-Titolu I u jenħtieġ li Artikolu ġdid jiġi introdott f’Titolu Ia ġdid li għalih ma tapplika l-ebda restrizzjoni simili. |
(6) |
Wara n-notifika mill-Maċedonja ta’ Fuq, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Unjoni Ewropea, tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Prespa mill-15 ta’ Frar 2019, il-pajjiż preċedentement imsejjaħ “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” biddel ismu għal “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”. Għalhekk, l-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu l-bidla tad-denominazzjoni ta’ dak il-pajjiż u tal-kodiċi tal-pajjiż rispettiv. |
(7) |
Għaldaqstant il-Konvenzjoni jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Appendiċi I tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-Appendiċi II tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness B ta’ din id-Deċiżjoni.
3. L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness C ta’ din id-Deċiżjoni.
4. L-Appendiċi IIIa tal-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness D ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Skopje, l-4 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Gjoko TANASOSKI
(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1118 tas-7 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal tnaqqis tal-livell tal-garanzija komprensiva u tar-rinunzja tal-garanzija (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 11).
ANNESS A
L-Appendiċi I tal-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" |
(2) |
fl-Artikolu 13(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 57(3), jitħassar il-punt (b); |
(5) |
l-Artikolu 75(2) huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fl-Artikolu 75, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
|
(7) |
it-titolu tal-Kapitolu VII huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-proċedura komuni ta’ tranżitu bbażata fuq il-karta għall-merkanzija trasportata bl-ajru u l-proċedura komuni ta’ tranżitu bbażata fuq dokument tat-trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni ta’ tranżitu għat-trasport bl-ajru”; |
(8) |
l-Artikolu 111 jitħassar. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;”
ANNESS B
L-Appendiċi II tal-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu tat-Titolu I huwa sostitwit b’dan li ġej: “PROVA TAL-ISTATUS DOGANALI TAL-MERKANZIJA TAL-UNJONI”; |
(2) |
l-Artikolu 2a jitħassar; |
(3) |
jiddaħħal it-Titolu Ia li ġej: “TITOLU Ia DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IN-NONALTERAZZJONI TAL-ISTATUS DOGANALI TA’ MERKANZIJA TAL-UNJONI GĦAL MERKANZIJA TRASPORTATA F’KURITUR T2 Artikolu 21a Preżunzjoni tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni 1. Il-merkanzija li jkollha l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni trasportata bil-ferrovija tista’ tiġi trasportata minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni, mingħajr ma tkun soġġetta għal proċedura doganali, u tista’ tiġi trasportata fit-territorju ta’ pajjiż ta’ tranżitu komuni mingħajr alterazzjoni tal-istatus doganali tagħha, meta:
|
ANNESS C
L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Anness B1 il-kliem “MK(1) l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “MK il-Maċedonja ta’ Fuq” u n-nota f’qiegħ il-paġna (1) titħassar; |
(2) |
fit-Titolu III tal-Anness B6, il-kodiċi “MK(1 )” huwa sostitwit bil-kodiċi “MK”; |
(3) |
fil-punt 1 tal-Anness C1, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”; |
(4) |
fil-punt 1 tal-Anness C2, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”; |
(5) |
fil-punt 1 tal-Anness C4, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq”; |
(6) |
fir-ringiela 7 tal-Anness C5, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “il-Maċedonja ta’ Fuq”; |
(7) |
fir-ringiela 6 tal-Anness C6, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “il-Maċedonja ta’ Fuq”. |
ANNESS D
Fit-Titolu IV tal-Anness A1a tal-Appendiċi IIIa tal-Konvenzjoni, il-kodiċi “MK(1)” huwa sostitwit bil-kodiċi “MK”.