Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0091

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/91]

    ĠU L 26, 30.1.2020, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/91/oj

    30.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/73


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 74/2018

    tat-23 ta’ Marzu 2018

    li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/91]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta’ merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta’ bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21awb (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

    “21awc.

    32016 R 1928: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta’ merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta’ bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 22).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1928 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)   ĠU L 299, 5.11.2016, p. 22.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top