Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0071

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/71]

    ĠU L 26, 30.1.2020, p. 35–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/71/oj

    30.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 54/2018

    tat-23 ta’ Marzu 2018

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/71]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1455 tal-10 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 tat-30 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, forklorfenuron, fostijażat, indoksakarb, iprodion, MCPA, MCPB, is-siltijofam, tjofanat-metil u tribenuron (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1526 tas-6 ta’ Settembru 2017 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva beta-ċipermetrina skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1527 tas-6 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi ċiflufenammid, fluwopikolid, ettamaloksiloglukan u malatijon (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1529 tas-7 ta’ Settembru 2017 li japprova s-sustanza bażika klorur tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1530 tas-7 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva kwiżalofop-p-tefuril (7) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (8)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1531 tas-7 ta’ Settembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva imazamox bħala kandidat għal sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (8) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (9)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

    “—

    32017 R 1455: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1455 tal-10 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 28),

    32017 R 1496: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 218, 24.8.2017, p. 7),

    32017 R 1511: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 tat-30 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 115),

    32017 R 1527: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 tas-6 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 231, 7.9.2017, p. 3),

    32017 R 1529: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1529 tas-7 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 1),

    32017 R 1530: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1530 tas-7 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 4),

    32017 R 1531: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1531 tas-7 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 6).”

    2.

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzzzy (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1506):

    “13zzzzzzzz.

    32017 R 1455: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1455 tal-10 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pikossistrobin, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 28).

    13zzzzzzzza.

    32017 R 1496: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 218, 24.8.2017, p. 7).

    13zzzzzzzzb.

    32017 R 1526: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1526 tas-6 ta’ Settembru 2017 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva beta-ċipermetrina skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 231, 7.9.2017, p. 1).

    13zzzzzzzzc.

    32017 R 1529: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1529 tas-7 ta’ Settembru 2017 li japprova s-sustanza bażika klorur tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 1).

    13zzzzzzzzd.

    32017 R 1531: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1531 tas-7 ta’ Settembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva imazamox bħala kandidat għal sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 8.9.2017, p. 6).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1455, (UE) 2017/1496, (UE) 2017/1511, (UE) 2017/1526, (UE) 2017/1527, (UE) 2017/1529, (UE) 2017/1530 u (UE) 2017/1531 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 208, 11.8.2017, p. 28.

    (2)  ĠU L 218, 24.8.2017, p. 7.

    (3)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 115.

    (4)  ĠU L 231, 7.9.2017, p. 1.

    (5)  ĠU L 231, 7.9.2017, p. 3.

    (6)  ĠU L 232, 8.9.2017, p. 1.

    (7)  ĠU L 232, 8.9.2017, p. 4.

    (8)  ĠU L 232, 8.9.2017, p. 6.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top