Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1046

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2017 tat-22 ta’ Settembru 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1046]

ĠU L 174, 27.6.2019, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1046/oj

27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 158/2017

tat-22 ta’ Settembru 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1046]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2259 tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/838 tas-17 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward tal-għalf għal ċerti annimali organiċi tal-akkwakultura (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 54bb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008):

“—

32016 R 2259: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2259 tal-15 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 4).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008):

“—

32017 R 0838: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/838 tas-17 ta’ Mejju 2017 (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2259 u (UE) 2017/838 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)  ĠU L 342, 16.12.2016, p. 4.

(2)  ĠU L 125, 18.5.2017, p. 5.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top