This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D1042
Decision of the EEA Joint Committee No 154/2017 of 22 September 2017 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2019/1042]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2017 tat-22 ta’ Settembru 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1042]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2017 tat-22 ta’ Settembru 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1042]
ĠU L 174, 27.6.2019, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 70 inċiż | 23/09/2017 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 80 inċiż | 23/09/2017 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 84 inċiż | 23/09/2017 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 90 inċiż | 23/09/2017 |
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 154/2017
tat-22 ta’ Settembru 2017
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1042]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/793 tal-10 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 180/2008 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' għażla tal-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/888 tat-22 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mit-tuberkolożi tar-reġjun tal-Umbria fl-Italja u tal-istatus ħieles mil-lewkożi enzootika bovina tal-Polonja, li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-riinotrakeite bovina infettiva tal-Ġermanja, u li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mill-marda ta' Aujeszky ta' ċerti reġjuni tal-Polonja u l-approvazzjoni tal-programm ta' eradikazzjoni għall-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Veneto fl-Italja (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 90 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008):
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE), il-punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) u l-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/793 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/888 bil-lingwa Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(1) ĠU L 120, 11.5.2017, p. 5.
(2) ĠU L 135, 24.5.2017, p. 27.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.