EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0206

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE [2019/206]

ĠU L 36, 7.2.2019, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/206/oj

7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 94/2017

tal-5 ta' Mejju 2017

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE [2019/206]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2011 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, żied it-taħriġ mediku speċjalizzat fl-onkoloġija medika u fil-mediċina ġenetika biex il-lista ta' titoli tal-korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina speċjalizzata fl-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha tiġi adattata biex tirrifletti t-titoli ta' korsijiet tat-taħriġ rilevanti fl-Istati tal-EFTA.

(3)

Għalhekk, l-Annessi VII u X tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1 (Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VII għall-Ftehim ŻEE:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32013 L 0055: Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).”

2.

Il-punt (C) għandu jitħassar.

3.

Il-punti (A), (B), (D) u (E) huma nnumerati mill-ġdid (B), (D), (E) u (F), rispettivament.

4.

Jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(A)

Fl-Artikolu 3(1)(m), il-kliem “u l-Qorti tal-EFTA, f'konformità mal-Ftehim taż-ŻEE” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”.

(…)

(C)

Fl-Artikolu 21a(4) dan is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud:

“Meta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi innotifikati minn Stat tal-EFTA skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha toħroġ rakkomandazzjoni biex temenda l-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE biex jiġu aġġornati t-titli adottati mill-Istati tal-EFTA għal provi ta' kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-provi ta' kwalifiki formali, iċ-ċertifikat li jakkumpanjaha u għat-titolu professjonali korrispondenti. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jieħu rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA f'kunsiderazzjoni meta jiġi emendat l-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE.””

5.

Fil-punt (E)(a)(iii), tiżdied it-tabella li ġejja:

“Pajjiż

Onkoloġija medika

Perijodu minimu ta' taħriġ:

5 snin

Ġenetika medika

Perijodu minimu ta' taħriġ:

4 snin

Titolu

Titolu

Ísland

 

Erfðalæknisfræði

Liechtenstein

 

 

Norge

 

Medisinsk genetikk”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 L 0055: Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2013/55/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Is-Sibt, 6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 4.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top