Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0205

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2019/205]

    ĠU L 36, 7.2.2019, p. 44–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/205/oj

    7.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 93/2017

    tal-5 ta' Mejju 2017

    li temenda l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2019/205]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (3), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (6) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (7)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta' Novembru 2010 li temenda l-Kapitolu 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (9)

    Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (11)

    Id-Direttiva 2009/72/KE tħassar id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (12)

    Id-Direttiva 2009/73/KE tħassar id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/280/UE (13) tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE (14) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

    (14)

    L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Istati tal-EFTA ma għandhomx jitqiesu bħala operaturi tal-pajjiżi terzi għall-finijiet tal-ENTSO għall-Elettriku u tal-ENTSO għall-Gass.

    (15)

    L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 20 (ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b'dan li ġej:

    32009 R 0714: Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15), kif emendat bi:

    32013 R 0543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Fl-Artikolu 3(3) u 15(6), il-kelma ‘Kummissjoni’ għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (b)

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 17(5), jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f'każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:

    ‘(i)

    F'każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).

    (ii)

    L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f'dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

    (iii)

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

    (iv)

    L-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

    Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

    Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F'dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

    Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

    (v)

    F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.

    (vi)

    Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f'konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

    (*1)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.’."

    (c)

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 20:

    ‘Għall-Istati tal-EFTA, talba mill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) u 20(5) għandha ssir mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-impriża kkonċernata.’.

    (d)

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 22(2):

    ‘Għall-impriżi kkonċernati fl-Istati tal-EFTA, il-kompiti fl-Artikolu 22(2) għandhom jitwettqu mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.’.

    (e)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 23:

    ‘Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.’”.

    (*1)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.’."

    2.

    It-test tal-punt 22 (id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b'dan li ġej:

    32009 L 0072: Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim.

    (b)

    Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kejbils tal-elettriku u għal faċilitajiet relatati minn punt ta' konnessjoni fuq l-art għal l-faċilitajiet għall-produzzjoni ta' taż-żejt mhux maħdum.

    (c)

    L-Artikolu 7(2)(j) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

    (d)

    L-Artikolu 9(1) għandu japplika għall-Istati tal-EFTA minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2017 tal-5 ta' Mejju 2017.

    (e)

    Fl-Artikolu 10(7) il-kelma ‘Kummissjoni’, għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (f)

    L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

    (g)

    Fl-Artikolu 37(1)(d), il-kliem ‘l-Aġenzija’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (h)

    L-Artikolu 37(1)(s) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

    (i)

    Fl-Artikolu 40(1) il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha, għall-Istati tal-EFTA, tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (j)

    L-Artikolu 44(2) jinbidel b'dan li ġej:

    ‘L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta, għal-Liechtenstein u/jew għall-Iżlanda. Barra minn hekk l-Artikoli 26, 32 u 33 ma għandhomx japplikaw għal Malta.

    Jekk l-Iżlanda tista' turi, wara li din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ, li hemm problemi sostanzjali għall-operazzjoni tas-sistemi tagħha, hija tista' tapplika għal derogi mill-Artikoli 26, 32 u 33, li jistgħu jiġu mogħtija lilha mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Istati tal-EFTA u lill-Kummissjoni dwar dawk l-applikazzjonijiet qabel tieħu xi deċiżjoni, waqt li turi rispett lejn il-kunfidenzjalità. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.’.

    (k)

    Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 46, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”.

    3.

    It-test tal-punt 23 (id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b'dan li ġej:

    32009 L 0073: Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim.

    (b)

    Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda.

    (c)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 2(11):

    ‘“l-faċilità ta' gass naturali likwifikat (LNG)” ma għandhiex tinkludi faċilitajiet għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali li sseħħ bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass lil hinn mix-xtut, bħal pereżempju l-faċilità Melkøya.’.

    (d)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 2(12):

    ‘“Operatur tas-sistema tal-LNG” ma għandux jinkludi l-operaturi ta' faċilitajiet għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali li sseħħ bħala parti minn proġett tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass lil hinn mix-xtut, bħal pereżempju l-faċilità Melkøya.’.

    (e)

    L-Artikolu 6 ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

    (f)

    Fl-Artikolu 10(7) il-kelma ‘Kummissjoni’, għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (g)

    L-Artikolu 11(3)(b), 11(5)(b) u 11(7) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

    (h)

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 36(4), it-tielet subparagrafu, jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f'każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:

    ‘(i)

    F'każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).

    (ii)

    L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f'dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

    (iii)

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

    (iv)

    L-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

    Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

    Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont din id-Direttiva, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F'dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

    Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

    (v)

    F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*2), Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.

    (vi)

    Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f'konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

    (*2)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.’."

    (i)

    Fl-Artikolu 36(8) u (9), il-kelma ‘Kummissjoni’ għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (j)

    Fl-Artikolu 41(1)(d), il-kliem ‘l-Aġenzija’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (k)

    Fl-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 49(4) u (5), il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha, għall-Istati tal-EFTA, tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (l)

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 49(5):

    ‘Dawn iż-żoni ġeografikament limitati fin-Norveġja li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-Artikoli 24, 31 u 32 għal perjodu massimu ta' 20 sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2017 tal-5 ta' Mejju 2017:

    (i)

    Jæren u Ryfylke,

    (ii)

    Hordaland.

    Il-ħtieġa li titkompla d-deroga għandha tiġi deċiża mill-Awtorità Regolatorja Norveġiża kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta' dan l-Artikolu. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bid-deċiżjoni tagħha u l-valutazzjoni li hija bbażata fuqha. Fi żmien xahrejn mill-jum li fih tasal id-deċiżjoni, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tadotta deċiżjoni li titlob lill-Awtorità Regolatorja Norveġiża biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kif ukoll tal-Awtorità Regolatorja Norveġiża. L-Awtorità Regolatorja Norveġiża għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fi żmien xahar, u għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan.’.

    (m)

    L-Artikolu 49(6) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    ‘L-Artikolu 9 ma għandux japplika għal Ċipru, għal-Lussemburgu, għal Malta u/jew għal-Liechtenstein.’.

    (n)

    Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”.

    (*2)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.’."

    4.

    It-test tal-punt 27 (ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) qed jinbidel b'dan li ġej:

    32009 R 0715: Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36), kif ikkoreġut mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87, kif emendat bi:

    32010 D 0685: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/685/UE tal-10 ta' Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 67),

    32012 D 0490: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Iżlanda.

    (b)

    Fl-Artikolu 3(3) u 20, il-kelma ‘Kummissjoni’ għall-Istati tal-EFTA, għandha tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.

    (c)

    Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 28, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.

    (d)

    Fl-Artikolu 30, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha, għall-Istati tal-EFTA, tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.”.

    5.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/114/UE):

    “47.

    32009 R 0713: Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’, kif ukoll il-korpi preparatorji kollha, inklużi l-gruppi ta' ħidma, il-kumitati u t-task forces tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv u l-Bord tar-Regolaturi iżda mingħajr id-dritt tal-vot.

    (b)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għall-Ftehim, il-kliem ‘Stat(i) Membru/i’ fir-Regolament jinftiehmu, b'żieda mat-tifsira tagħhom fir-Regolament, bħala l-Istati tal-EFTA.

    (c)

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom.

    (d)

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw deċiżjonijiet vinkolanti tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikoli 7, 8 u 9, jinbidlu bid-dispożizzjonijiet li ġejjin f'każijiet li jinvolvu Stat tal-EFTA:

    ‘(i)

    F'każijiet li jinvolvu Stat wieħed jew aktar tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i).

    (ii)

    L-Aġenzija għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Aġenzija kif previst f'dan il-Ftehim, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

    (iii)

    L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandu jkollha d-dritt li tieħu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija u fl-entitajiet preparatorji tagħha, iżda ma għandux ikollha d-dritt tal-vot.

    (iv)

    L-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jadottaw deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

    Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

    Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Din tal-aħħar għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Aġenzja. F'dan il-każ l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u li twieġeb mingħajr dewmien żejjed.

    Fejn l-Aġenzija temenda, tissospendi jew tirtira kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz għall-istess skop għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.

    (v)

    F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttur tal-Aġenzija u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa mingħajr dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, id-Direttur tal-Aġenzija jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*3), Parti Kontraenti tista' titlob minnufih l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim.

    (vi)

    Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Istati tal-EFTA jew minn kull persuna fiżika jew ġuridika f'konformità mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

    (*3)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.’."

    (e)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 12:

    ‘L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-Bord Amministrattiv, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot. Ir-regoli interni ta' proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħtu effett sħiħ lis-sehem tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.’.

    (f)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 14:

    ‘L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-Bord tar-Regolaturi u l-korpi preparatorji kollha tal-Aġenzija. Ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot fil-Bord tar-Regolaturi. Ir-regoli interni ta' proċedura tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jagħtu effett sħiħ lis-sehem tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.’.

    (g)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 jinbidlu b'dan li ġej:

    ‘Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Aġenzija f'każ fejn in-nuqqas ta' qbil jinvolvi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta' Stat wieħed tal-EFTA jew aktar, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) involut(i) tal-EFTA sabiex jippreżenta(w) osservazzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet affettwati mill-appell, fit-termini preskrittivi speċifikati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat(i) involut(i) tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali. Meta l-Bord tal-Appell jemenda, jissospendi jew ittemm xi deċiżjoni parallela għad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tħejji abbozz ta' deċiżjoni tal-istess natura għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, mingħajr dewmien żejjed.’.

    (h)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 ma għandhomx japplikaw f'każijiet li jinvolvu Stat wieħed tal-EFTA jew aktar.

    (i)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 21:

    ‘L-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-finanzjament tal-Aġenzija. Għal dan l-għan, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim għandhom japplikaw.’.

    (j)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 27:

    ‘L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonċedu lill-Aġenzija privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.’.

    (k)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 28:

    ‘B'deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur tal-Aġenzija.

    B'deroga mill-Artikoli 12(2)(e), 82(3)(e) u 85(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Aġenti Oħra, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-Aġenzija, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.’.

    (l)

    Dan li ġej jiżdied fl-Artikolu 30(1):

    ‘Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu, għall-fini ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jgħodd ukoll għal kull dokument tal-Aġenzija rigward l-Istati Membri tal-EFTA.’.

    (m)

    Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 32:

    ‘Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32, iżda ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.’”.

    (*3)  ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.’."

    6.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 47 (ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “48.

    32013 R 0543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).”.

    7.

    Jitħassar it-test tal-punt 21 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE).

    Artikolu 2

    It-testijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009, (KE) Nru 715/2009, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 229, 1.9.2009, p. 29 u l-ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87 u (UE) Nru 543/2013, id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE u d-Deċiżjonijiet 2010/685/UE u 2012/490/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (*4).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

    (3)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.

    (4)  ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1.

    (5)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

    (6)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.

    (7)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 67.

    (8)  ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16.

    (9)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.

    (10)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1.

    (11)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.

    (12)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.

    (13)  ĠU L 129, 17.5.2011, p. 14.

    (14)  ĠU L 296, 14.11.2003, p. 34.

    (*4)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Top