This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0445
Decision of the EEA Joint Committee No 187/2016 of 23 September 2016 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2018/445]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/445]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/445]
ĠU L 80, 22.3.2018, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Tħassir | kapitolu XXIX punt 3 Test | 24/09/2016 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Sostituzzjoni | kapitolu XXIX punt 1 Test | 24/09/2016 |
22.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 187/2016
tat-23 ta’ Settembru 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/445]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2014/28/UE tħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/15/KEE (2) u 2004/57/KE (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom ikunu imħassrin skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XXIX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE) għandu jiġi sostitwit bi: “32014 L 0028: Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1).” |
2. |
It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/57/KE) jitħassar. |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva 2014/28/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(2) ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.
(3) ĠU L 127, 29.4.2004, p. 73.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.