Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0369

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/369]

    ĠU L 73, 15.3.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/369/oj

    15.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 73/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    NRU 147/2016

    tat-8 ta’ Lulju 2016

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/369]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12w (ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32016 R 0293: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (UE) 2016/293 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Bergdís ELLERTSDÓTTIR


    (1)  ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4.

    (*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top