This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0367
Decision of the EEA Joint Committee No 145/2016 of 8 July 2016 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2018/367]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/367]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/367]
ĠU L 73, 15.3.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XIII punt 13 inċiż | 09/07/2016 |
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
NRU 145/2016
tat-8 ta’ Lulju 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/367]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/305 tat-3 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanza “ġentamicina” (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/312 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “tilvalosina” (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32016 R 0305: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/305 tat-3 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 35), |
— |
32016 R 0312: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/312 tal-4 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 60, 5.3.2016, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/305 u (UE) 2016/312 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.