This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0366
Decision of the EEA Joint Committee No 144/2016 of 8 July 2016 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2018/366]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/366]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/366]
ĠU L 73, 15.3.2018, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 110 | 09/07/2016 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 111 | 09/07/2016 |
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
NRU 144/2016
tat-8 ta’ Lulju 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/366]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/371 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/372 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 109 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2314) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“110. |
32016 R 0371: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/371 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 12). |
111. |
32016 R 0372: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/372 tal-15 ta’ Marzu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 16).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/371 u (UE) 2016/372 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(1) ĠU L 70, 16.3.2016, p. 12.
(2) ĠU L 70, 16.3.2016, p. 16.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.