Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2051

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/2051]

    ĠU L 300, 16.11.2017, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2051/oj

    16.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 300/62


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 101/2016

    tad-29 ta' April 2016

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/2051]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Annessi IC u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE:

    “—

    32015 R 2002: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta' Novembru 2015 (ĠU L 294, 11.11.2015, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2002 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 294, 11.11.2015, p. 1.

    (*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top