Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 22017D2039
Decision of the EEA Joint Committee No 89/2016 of 29 April 2016 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2017/2039]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2039]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2039]
ĠU L 300, 16.11.2017., 37./38. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
Saistība | Tiesību akts | Komentārs | Attiecīgā pakārtotā sadaļa | No | līdz |
---|---|---|---|---|---|
Grozījums | 21994A0103(52) | Tħassir | kapitolu XVIII punt 4zg Test | 13/06/2016 | |
Grozījums | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XVIII punt 4zga | 13/06/2016 | |
Grozījums | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XVIII punt 4zzr | 30/04/2016 |
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 89/2016
tad-29 ta' April 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2039]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (1) għandha tiġi inkoporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva 2014/53/UE tħassar, b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016, id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XVIII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4zzq (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/638/UE):
|
2. |
It-test tal-punt 4zg (id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016, minbarra l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE), li xorta se jibqa' fis-seħħ wara t-13 ta' Ġunju 2016, u għalhekk jiddaħħal bħala punt ġdid wara l-punt 4zg (id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva 2014/53/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.