Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1826

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 315/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1826]

    ĠU L 263, 12.10.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1826/oj

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 315/2015

    tal-11 ta’ Diċembru 2015

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1826]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/520/KE (1), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ġiet iddikjarata invalida mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Ottubru 2015 fil-kawża C-362/14 (2), u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 2000/520/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 5ec (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/520/KE) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE jitħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 215, 25.8.2000, p. 7.

    (2)  ĠU C 398, 30.11.2015, p. 5.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top