Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1825

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 314/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1825]

    ĠU L 263, 12.10.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1825/oj

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 314/2015

    tal-11 ta’ Diċembru 2015

    li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1825]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/114/UE tal-1 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi linji gwida għall-Istati Membri għall-kalkolu tal-enerġija rinnovabbli minn pompi tas-sħana ta’ teknoloġiji differenti ta’ pompi tas-sħana skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif ikkoreġuta mill-ĠU L 8, 11.1.2014, p. 32, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ma tapplikax għal-Liechtenstein u konsegwentement id-Deċiżjoni 2013/114/UE m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 45 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/13/UE) tal-Anness IV ta’ mal-Ftehim ŻEE:

    “46.

    32013 D 0114: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/114/UE tal-1 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi linji gwida għall-Istati Membri għall-kalkolu tal-enerġija rinnovabbli minn pompi tas-sħana ta’ teknoloġiji differenti ta’ pompi tas-sħana skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 27), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 8, 11.1.2014, p. 32.

    Id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2013/114/UE, kif ikkoreġuta mill-ĠU L 8, 11.1.2014, p. 32, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 62, 6.3.2013, p. 27.

    (2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top