Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1289

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1289]

    ĠU L 189, 20.7.2017, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1289/oj

    20.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 189/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 6/2016

    tal-5 ta' Frar 2016

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1289]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1747 tat-30 ta' Settembru 2015 li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 2zk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat bi:

    32015 R 1747: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1747 tat-30 ta' Settembru 2015 (ĠU L 256, 1.10.2015, p. 7).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1747 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 256, 1.10.2015, p. 7.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top