This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0518
Decision of the EEA Joint Committee No 211/2015 of 25 September 2015 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2017/518]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 211/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/518]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 211/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/518]
ĠU L 85, 30.3.2017, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XIII punt 13 inċiż | 26/09/2015 |
30.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 211/2015
tal-25 ta' Settembru 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/518]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/446 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “barium selenate” (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32015 R 0446: Ir-Regolament ta' Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/446 tas-17 ta' Marzu 2015 (ĠU L 74, 18.3.2015, p. 18).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/446 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Ingrid SCHULERUD
(1) ĠU L 74, 18.3.2015, p. 18.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.