This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0506
Decision of the EEA Joint Committee No 199/2015 of 25 September 2015 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2017/506]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 199/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/506]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 199/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/506]
ĠU L 85, 30.3.2017, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 7.1 punt 9c inċiż | 26/09/2015 |
30.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 199/2015
tal-25 ta' Settembru 2015
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/506]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-entrati għall-benessri tal-annimali f'ċerti ċertifikati mudell tas-saħħa (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 0717: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 31).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 717/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Ingrid SCHULERUD
(1) ĠU L 201, 26.7.2013, p. 31.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
(2) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.