This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0051
Decision No 1/2016 of the Joint Committee on Agriculture of 16 November 2016 on amending Annex 10 to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on trade in agricultural products [2017/51]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tas-16 ta' Novembru 2016 dwar l-emenda tal-Anness 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/51]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tas-16 ta' Novembru 2016 dwar l-emenda tal-Anness 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/51]
ĠU L 7, 12.1.2017, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22002A0430(04) | Sostituzzjoni | anness 10 artikolu 1 | 01/02/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 22017D0051R(01) |
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/20 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
tas-16 ta' Novembru 2016
dwar l-emenda tal-Anness 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli [2017/51]
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
(2) |
L-Anness 10 tal-Ftehim jikkonċerna r-rikonoxximent tal-kontrolli ta' konformità għall-frott u l-ħxejjex friski mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. |
(3) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Anness 10 tal-Ftehim, il-grupp ta' ħidma għall-frott u l-ħxejjex jikkunsidra kull kwistjoni li hija marbuta mal-anness u l-implimentazzjoni tagħha u minn żmien għal żmien jeżamina l-liġijiet u r-regolamenti interni tal-Partijiet fl-oqsma koperti f'dak l-anness. B'mod partikolari, il-grupp ta' ħidma jressaq proposti lill-Kumitat bl-għan li jiġu adattati u aġġornati l-appendiċijiet tal-istess anness. Għaldaqstant, il-grupp ta' ħidma ppropona lill-Kumitat li dan l-anness jiġi emendat, sabiex fil-kamp ta' applikazzjoni jiddaħħal il-frott taċ-ċitru, wara r-rikonoxximent tar-regoli fitosanitarji għal dan it-tip ta' prodott. Barra minn hekk, it-test tal-Anness 10 għandu jirrifletti l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
(4) |
Għalhekk, l-Anness 10 għandu jiġi emendat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Anness 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli għandu jinbidel bit-test li ġej:
“Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan l-Anness għandu japplika għall-frott u l-ħxejjex li jittieklu friski jew imnixxfin, li dwarhom ġew stabbiliti jew rikonoxxuti standards ta' kummerċjalizzazzjoni mill-Unjoni Ewropea bħala alternattivi għall-istandard ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2017.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2016.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Susana MARAZUELA-AZPIROZ
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Krisztina BENDE
Is-Segretarju tal-Kumitat
Ioannis VIRVILIS
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).