This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0023
Decision of the EEA Joint Committee No 183/2015 of 10 July 2015 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2017/23]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 183/2015 tal-10 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/23]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 183/2015 tal-10 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/23]
ĠU L 8, 12.1.2017, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 13a inċiż | 11/07/2015 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 13zzzzr | 11/07/2015 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 13zzzzs | 11/07/2015 |
12.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 183/2015
tal-10 ta' Lulju 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/23]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/543 tal-1 ta' April 2015 li japprova s-sustanza attiva COS-OGA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/553 tas-7 ta' April 2015 li japprova s-sustanza attiva cerevisane, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 13zzzzq (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/306):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/543 u (UE) 2015/553 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Lulju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.