Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D0732

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/732]

    ĠU L 129, 19.5.2016, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/732/oj

    19.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 129/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 49/2015

    tal-20 ta' Marzu 2015

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/732]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1226/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' dikjarazzjonijiet sanitarji fuq l-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1228/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 li jawtorizza u jirrifjuta li jawtorizza ċerti stqarrijiet dwar xi prodotti tal-ikel li jiddikjaraw li jnaqqsu r-riskju ta' xi mard (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti ta' prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (5)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 91 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1154/2014) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “92.

    32014 R 1226: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1226/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' dikjarazzjonijiet sanitarji fuq l-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 3).

    93.

    32014 R 1228: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1228/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 li jawtorizza u jirrifjuta li jawtorizza ċerti stqarrijiet dwar xi prodotti tal-ikel li jiddikjaraw li jnaqqsu r-riskju ta' xi mard (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 8).

    94.

    32014 R 1229: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti ta' prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 14).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1226/2014, (UE) Nru 1228/2014 u (UE) Nru 1229/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2015, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 331, 18.11.2014, p. 3.

    (2)  ĠU L 331, 18.11.2014, p. 8.

    (3)  ĠU L 331, 18.11.2014, p. 14.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top