Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016A1026(02)

    Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea

    ĠU L 291, 26.10.2016, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/1885/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    26.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 291/9


    FTEHIM

    fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea

    A.   Ittra mill-Unjoni

    Sinjur/Sinjura,

    Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) rigward il-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

     

    L-Unjoni Ewropea tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

     

    Fil-linja tariffarja 0703 20 00, jiżdiedu 2 150 tunnellata mal-allokazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għat-tewm, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta' 9,6 %.

     

    Żieda ta' 650 tunnellata (piż nett xott) mal-allokazzjoni għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal faqqiegħ tal-ispeċi Agaricus, ippreparat, ippreservat jew ippreservat provviżorjament:

    linja tariffarja 0711 51 00, mir-rata tal-kwota 9,6 + 191 EUR/100 kg/nett eda, fir-rata tal-kwota 12 %;

    linja tariffarja 2003 10 20, mir-rata tal-kwota 18,4 + 191 EUR/100kg/nett eda, fir-rata tal-kwota 23 %;

    linja tariffarja 2003 10 30, mir-rata tal-kwota 18,4 + 222 EUR/100kg/nett eda, fir-rata tal-kwota 23 %.

     

    Dwar il-linja tariffarja 6404 19 90 (ilbies għar-riġlejn b'qigħan ta' barra tal-lastiku jew plastiks — oħrajn) tnaqqis fid-dazjoni fiss attwali tal-UE minn 17 % għal 16,9 %

     

    Dwar il-linja tariffarja 8415 10 90 (magni tal-ikkundizzjonar tal-arja tat-twieqi jew tal-ħajt “sistema mifruda”) tnaqqis fid-dazjoni fiss attwali fl-UE minn 2,7 % għal 2,5 %.

     

    L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

    Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel dan ta' hawn fuq. Għandi l-unur li nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    Съставено в Брюксел на

    Hecho en Bruselas, el

    V Bruselu dne

    Udfærdiget i Bruxelles, den

    Geschehen zu Brüssel am

    Brüssel,

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

    Done at Brussels,

    Fait à Bruxelles, le

    Sastavljeno u Bruxellesu

    Fatto a Bruxelles, addì

    Briselē,

    Priimta Briuselyje,

    Kelt Brüsszelben,

    Magħmul fi Brussell,

    Gedaan te Brussel,

    Sporządzono w Brukseli, dnia

    Feito em Bruxelas,

    Întocmit la Bruxelles,

    V Bruseli

    V Bruslju,

    Tehty Brysselissä

    Utfärdat i Bryssel den

    Image

    Image

    За Европейския съюз

    Рог la Unión Europea

    Za Evropskou unii

    For Den Europæiske Union

    Für die Europäische Union

    Euroopa Liidu nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

    For the European Union

    Pour l'Union européenne

    Za Europsku uniju

    Per l'Unione europea

    Eiropas Savienības vārdā –

    Europos Sąjungos vardu

    Az Európai Unió részéről

    Għall-Unjoni Ewropea

    Voor de Europese Unie

    W imieniu Unii Europejskiej

    Pela União Europeia

    Pentru Uniunea Europeană

    Za Európsku úniu

    Za Evropsko unijo

    Euroopan unionin puolesta

    För Europeiska unionen

    Image

    Image

    B.   Ittra mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Sinjur/Sinjura,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid hekk:

    “Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT) rigward il-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

     

    L-Unjoni Ewropea tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

     

    Dwar il-linja tariffarja 0703 20 00, jiżdiedu 2 150 tunnellata mal-allokazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għat-tewm, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta' 9,6 %.

     

    Żieda ta' 650 tunnellata (piż nett xott) mal-allokazzjoni għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal faqqiegħ tal-ispeċi Agaricus, ippreparat, ippreservat jew ippreservat provviżorjament:

    linja tariffarja 0711 51 00, mir-rata tal-kwota 9,6 + 191 EUR/100 kg/nett eda, fir-rata tal-kwota 12 %;

    linja tariffarja 2003 10 20, mir-rata tal-kwota 18,4 + 191 EUR/100 kg/nett eda, fir-rata tal-kwota 23 %;

    linja tariffarja 2003 10 30, mir-rata tal-kwota 18,4 + 222 EUR/100kg/nett eda, fir-rata tal-kwota 23 %.

     

    Dwar il-linja tariffarja 6404 19 90 (ilbies għar-riġlejn b'qigħan ta' barra tal-lastiku jew plastiks — oħrajn) tnaqqis fid-dazju fiss attwali tal-UE minn 17 % għal 16,9 %.

     

    Dwar il-linja tariffarja 8415 10 90 (magni tal-ikkundizzjonar tal-arja tat-twieqi jew tal-ħajt “sistema mifruda”) tnaqqis fid-dazju fiss attwali tal-UE minn 2,7 % għal 2,5 %.

     

    L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

    Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel dan ta' hawn fuq. Għandi l-unur li nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.”

    Nista' ninfurmak li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

    Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    Image

    Съставено в Брюксел на

    Hecho en Bruselas, el

    V Bruselu dne

    Udfærdiget i Bruxelles, den

    Geschehen zu Brüssel am

    Brüssel,

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

    Done at Brussels,

    Fait à Bruxelles, le

    Sastavljeno u Bruxellesu

    Fatto a Bruxelles, addì

    Briselē,

    Priimta Briuselyje,

    Kelt Brüsszelben,

    Magħmul fi Brussell,

    Gedaan te Brussel,

    Sporządzono w Brukseli, dnia

    Feito em Bruxelas,

    Întocmit la Bruxelles,

    V Bruseli

    V Bruslju,

    Tehty Brysselissä

    Utfärdat i Bryssel den

    Image

    Image

    За Китайската народна република

    Por la República Popular China

    Za Čínskou lidovou republiku

    For Folkerepublikken Kina

    Für die Volksrepublik China

    Hiina Rahvavabariigi nimel

    Για τη Λαϊκή Δημοκρατία της Κίνας

    For the People's Republic of China

    Pour la République populaire de Chine

    Za Narodnu Republiku Kinu

    Per la Repubblica popolare cinese

    Ķīnas Tautas Republikas vārdā –

    Kinijos Liaudies Respublikos vardu

    A Kínai Népköztársaság részéről

    Għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Voor de Volksrepubliek China

    W imieniu Chińskiej Republiki Ludowej

    Pela República Popular da China

    Pentru Republica Populară Chineză

    Za Čínsku ľudovú republiku

    Za Ljudsko republiko Kitajsko

    Kiinan kansantasavallan puolesta

    För Folkrepubliken Kina

    Image


    Top