Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2160

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 293/2014 tat-12 ta’ Diċembru 2014 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2160]

    ĠU L 311, 26.11.2015, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2160/oj

    26.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 311/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 293/2014

    tat-12 ta’ Diċembru 2014

    li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2160]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 316/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehimiet dwar trasferiment ta’ teknoloġija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 5 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2004) tal-Anness XIV tal-Ftehim ŻEE jiġi ssostitwit bis-segwenti:

    32014 R 0316: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 316/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehimiet dwar trasferiment ta’ teknoloġija (ĠU L 93, 28.3.2014, p. 17).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, bl-adattamenti segwenti:

    (a)

    Fl-Artikolu 6(1) jiddaħħal il-kliem segwenti ‘jew id-dispożizzjoni korrispondenti fl-Artikolu 29(1) tal-Kapitolu II tal-Parti I tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’ wara l-kliem ‘skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003’.

    (b)

    Fl-Artikolu 6(2) jiddaħħal il-kliem segwenti ‘jew id-dispożizzjoni korrispondenti fl-Artikolu 29(2) tal-Kapitolu II tal-Parti I tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’ wara l-kliem ‘skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003’.

    (c)

    Is-segwenti jiddaħħal fi tmiem l-Artikolu 7:

    ‘Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ permezz ta’ rakkomandazzjoni tiddikjara li, meta netwerks paralleli ta’ ftehimiet simili dwar trasferiment ta’ teknoloġija jkunu jkopru aktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fl-Istati EFTA, dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal ftehimiet dwar trasferiment ta’ teknoloġija li jkun fihom limitazzjonijiet speċifiċi għal dak is-suq.

    Għandha tkun indirizzata rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1 lill-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA li fih jew fihom ikun jinsab is-suq rilevanti inkwistjoni. Il-Kummissjoni tkun mgħarrfa dwar il-ħruġ ta’ tali rakkomandazzjoni.

    Fi żmien tliet xhur mill-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati tal-EFTA kollha indirizzati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar jekk jaċċettawx ir-rakkomandazzjoni. Jekk it-terminu perentorju ta’ tliet xhur jiskadi mingħajr risposta, dan jinftiehem bħala aċċettazzjoni min-naħa tal-Istat tal-EFTA li ma jkunx irrisponda fil-ħin.

    Skont il-Ftehim, jekk Stat tal-EFTA destinatarju tar-rakkomandazzjoni jew jaċċetta r-rakkommandazzjoni inkella ma jirrispondix fil-ħin, għandu jiġi impost fuqu obbligu ġuridiku li jimplimenta r-rakkommandazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tagħha.

    Jekk fi żmien l-iskadenza ta’ tliet xhur, Stat tal-EFTA destinatarju jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tinnotifika lill-Kummissjoni b’din ir-risposta. F’każ li l-Kummissjoni ma taqbilx mal-pożizzjoni tal-Istat tal-EFTA inkwistjoni, ikun japplika l-Artikolu 92(2) tal-Ftehim.

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkonsultaw lil xulxin dwar l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

    Meta netwerks paralleli ta’ ftehimiet simili dwar trasferiment ta’ teknoloġija jkunu jkopru aktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fit-territorju tal-Ftehim ŻEE, iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jistgħu jagħtu bidu għal kooperazzjoni bl-għan li jadottaw miżuri separati. Jekk iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jaqblu dwar suq rilevanti u dwar l-adegwatezza tal-adozzjoni ta’ miżura skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tadotta Regolament indirizzat lill-Istati Membri tal-KE, u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tadotta rakkomandazzjoni b’kunsiderazzjonijiet korrispondenti għall-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA li fih jew fihom ikun jinsab is-suq rilevanti inkwistjoni.’ ”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 316/2014 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 93, 28.3.2014, p. 17.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top