Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2149

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 282/2014 tat-12 ta’ Diċembru 2014 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2149]

    ĠU L 311, 26.11.2015, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2149/oj

    26.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 311/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 282/2014

    tat-12 ta’ Diċembru 2014

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2149]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/207/UE tal-11 ta’ April 2014 dwar il-ħatra tar-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/207/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/375/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement se tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 5oaa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/375/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jinbidel bis-segwenti:

    32014 D 0207: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/207/UE tal-11 ta’ April 2014 dwar il-ħatra tar-Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (ĠU L 109, 12.4.2014, p. 41).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/207/UE bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 109, 12.4.2014, p. 41.

    (2)  ĠU L 128, 24.5.2003, p. 29.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top