This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22015D2125
Decision of the EEA Joint Committee No 258/2014 of 12 December 2014 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2015/2125]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 258/2014 tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2125]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 258/2014 tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2125]
ĠU L 311, 26.11.2015, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Sostituzzjoni | kapitolu XII punt 54j Test | 13/12/2014 |
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 258/2014
tat-12 ta' Diċembru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2125]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 579/2014 iħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 54j (id-Direttiva tal-Kunsill 96/3/KE) fil-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:
“32014 R 0579: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014 tat- 28 ta' Mejju 2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar (ĠU L 160, 29.5.2014, p. 14).”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 579/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 160, 29.5.2014, p. 14.
(2) ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.