This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0244
Decision of the EEA Joint Committee No 244/2014 of 24 October 2014 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms [2015/1468]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet [2015/1468]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet [2015/1468]
ĠU L 230, 3.9.2015, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 2 paragrafu 5 inċiż |
3.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 244/2014
tal-24 ta’ Ottubru 2014
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet [2015/1468]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE ġiet estiża sabiex tinkludi parteċipazzjoni limitata fis-settur tat-telekomunikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2014 tad-9 ta’ Lulju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/92] (2). |
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (3). |
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32014 R 0283: ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Din tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.
(2) ĠU L 15, 22.1.2015, p. 85.
(3) ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.
(*) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.