Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0238

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1462]

    ĠU L 230, 3.9.2015, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1462/oj

    3.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 230/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 238/2014

    tal-24 ta’ Ottubru 2014

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1462]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 697/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 906/2009 rigward il-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (1) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Annessi XIII u XIV tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-segwenti jiżdied mal-punt 10a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat bi:

    32014 R 0697: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 697/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 3).”

    Artikolu 2

    Is-segwenti jiżdied mal-punt 11c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009) tal-Anness XIV tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat bi:

    32014 R 0697: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 697/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 3).”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 697/2014 bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 184, 25.6.2014, p. 3.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


    Top