Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0144

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/144(2)/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 144/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z3 (ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18Z4.

32013 R 0141: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 141/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top