Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0026

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 211, 17.7.2014, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/26(2)/oj

    17.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 211/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 26/2014

    tal-14 ta' Frar 2014

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 tal-14 ta' Awwissu 2013 li jemenda ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat minn:

    32013 R 0800: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 tal-14 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 800/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top