Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0020

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 211, 17.7.2014, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/20(3)/oj

    17.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 211/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 20/2014

    tal-14 ta' Frar 2014

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 321/2013 jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid tiġi rrevokata skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 37 m (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE):

    “37n.

    32013 R 0321: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

    Fil-punt 7.4. tal-Anness tar-Regolament, il-kliem ‘u n-Norveġja’ jiżdiedu wara l-kelma ‘l-Iżvezja’ u l-kliem ‘u Norveġiż’ jiżdiedu wara l-kelma ‘Żvediż’.”

    2.

    Jitħassar it-test tal-punt 371 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE).

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1.

    (2)  ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top