EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0236

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 236/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 22.5.2014, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/236(2)/oj

22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 236/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66wk (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“66wl.

32011 R 1207: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew inkella fit-13 ta' Diċembru 2013 (2), dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 228/2013 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.

(2)  Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top