Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0235

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 235/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 154, 22.5.2014, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/235/oj

    22.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 154/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 235/2013

    tat-13 ta' Diċembru 2013

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 66we (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat minn:

    32013 R 0657: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37).”

    Artikolu 2

    It-testi bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 657/2013, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew inkella fit-13 ta' Diċembru 2013 (2), dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 233/2013, skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.

    (2)  Ara paġna 36 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top