Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0234

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 234/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 154, 22.5.2014, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/234/oj

    22.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 154/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 234/2013

    tat-13 ta' Diċembru 2013

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE tal-21 ta' Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta' prestazzjoni u l-limiti ta' twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014 (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66xc (ir-Regolament ta' Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

    “66xd.

    32011 D 0121: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE tal-21 ta' Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta' prestazzjoni u l-limiti ta' twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 16).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2011/121/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013 dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (2), skont liema data tiġi l-aktar tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 16.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.

    (2)  Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top