EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0218

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 22.5.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/218/oj

22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 218/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013 tal-1 ta' Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-metijonina (1:2) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 93 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“94.

32013 R 0636: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013 tal-1 ta' Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-metijonina (1:2) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 183, 2.7.2013, p. 3.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top