This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0192
Decision of the EEA Joint Committee No 192/2013 of 8 November 2013 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 192/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 192/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 92, 27.3.2014, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 12zc inċiż | 09/11/2013 |
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 192/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013 tas-17 ta’ April 2013 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 0348: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013 tas-17 ta’ April 2013 (ĠU L 108, 18.4.2013, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 348/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 108, 18.4.2013, p. 1.
(*) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.