This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0191
Decision of the EEA Joint Committee No 191/2013 of 8 November 2013 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 92, 27.3.2014, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XIII punt 15qb Test | 09/11/2013 |
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 191/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/262/UE tal-4 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak fl-Unjoni (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiżdied fil-punt 15qb (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
", kif emendat permezz ta:
— |
32013 D 0262: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/262/UE tal-4 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 152, 5.6.2013, p. 52)." |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/262/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2013, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2013 tat-8 ta’ Ottubru 2013 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 152, 5.6.2013, p. 52.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L 58, 27.2.2014, p. 15.