Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0188

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 188/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 92, 27.3.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/188/oj

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 188/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsuba għall-użu f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) fi preparazzjonijiet tal-Vitamina D maħsubin biex jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni b’rabta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 3),

32013 R 0256: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 244/2013 u (UE) Nru 256/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid- 9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 77, 20.3.2013, p. 3.

(2)  ĠU L 79, 21.3.2013, p. 24.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


Top