This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0184
Decision of the EEA Joint Committee No 184/2013 of 8 November 2013 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 184/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 184/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 92, 27.3.2014, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 40 inċiż | 09/11/2013 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzy inċiż | 09/11/2013 |
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 184/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 34/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-2-fenilfenol, l-ametoktradin, ir-razez DSM 14940 u DSM 14941 tal-Aureobasidium pullulans, iċ-ċiprokonażol, id-difenokonażol, id-ditjokarbamati, il-folpet, il-propamokarb, l-ispinosad, l-ispirodiklofen, it-tebufenpirad u t-tetrakonażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 35/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għad-dimetomorf, l-indossakarb, il-piraklostrobin u triflossistrobin f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel mhix se tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 0034: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 34/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 25, 26.1.2013, p. 1), |
— |
32013 R 0035: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 35/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 25, 26.1.2013, p. 49).” |
Artikolu 2
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 0034: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 34/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 25, 26.1.2013, p. 1), |
— |
32013 R 0035: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 35/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 25, 26.1.2013, p. 49).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 34/2013 u (UE) Nru 35/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea se jkunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(2) ĠU L 25, 26.1.2013, p. 49.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.