This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0181
Decision of the EEA Joint Committee No 181/2013 of 8 November 2013 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 181/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 181/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 92, 27.3.2014, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 3.2 punt 41 inċiż | 09/11/2013 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 4.2 punt 90 inċiż | 09/11/2013 |
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 181/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2013 tal-25 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 fir-rigward tal-perjodu tal-għażla ta’ ċerti laboratorji bħala laboratorji ta’ referenza tal-UE (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(3) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 41 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008) fil-Parti 3.2 u fil-punt 90 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 0072: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2013 tal-25 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 26, 26.1.2013, p. 9).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 72/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(*) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.