Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0663

    2012/663/UE: Deċiżjoni Nru 4/2012 tal-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar Transitu Komuni tas- 26 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu

    ĠU L 297, 26.10.2012, p. 34–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/663/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 297/34


    DEĊIŻJONI Nru 4/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT EU-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI

    tas-26 ta’ Ġunju 2012

    li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu

    (2012/663/UE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    It-Turkija esprimiet ix-xewqa tagħha li taċċedi għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012 stabbilit bis-saħħa tal-Konvenzjoni.

    (2)

    Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bit-Tork tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni adatt.

    (3)

    L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni.

    (4)

    Sabiex jippermetti l-użu ta’ formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perijodu transitorju li matulu l-formoli stampati, b’xi emendi, jistgħu jkomplu jintużaw.

    (5)

    Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ transitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha t-Turkija taċċedi għall-Konvenzjoni.

    2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 għall-Appendiċi III jistgħu jkomplu jintużaw, soġġetti għal emendi ġeografiċi meħtieġa u l-emendi li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tnax-il xahar wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kumitat konġunt

    Il-President

    Mirosław ZIELIŃSKI


    (1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


    ANNESS

        it-Turkija TR”,

    1.

    Fl-Anness B1, taħt il-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej wara l-Isvizzera:

    “—

    2.

    Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:

        TR Sınırlı Geçerli”

    2.1.

    Fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata - 99200.” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Vazgeçme”

    2.2.

    Fit-tieni parti tat-tabella “Tneħħija - 99201” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Alternatif Kanıt”

    2.3.

    Fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva - 99202” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Değișiklikler: Eșyanın sunulduğu idare … (adı ve ülkesi)”

    2.4.

    Fir-raba’ parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati (isem u pajjiż) – 99203” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Eșyanın … ’dan çıkıșı … No.lu Tüzük/Direktif/Karar kapsamında kısıtlamalara veya mali yükümlülüklere tabidir”

    2.5.

    Fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill-… suġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regola/Direttiva/Deċiżjoni Nru … – 99204” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Zorunlu Güzergahtan Vazgeçme”

    2.6.

    Fis-sitt parti tat-tabella “Tneħħija tal-itinerarju preskitt– 99205” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR İzinli Gönderici”

    2.7.

    Fis-seba’ parti tat-tabella “Awtorizzat li jibgħat – 99206”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR İmzadan Vazgeçme”

    2.8.

    Fit-tmien parti tat-Tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Kapsamlı teminat yasaklanmıștır”

    2.9.

    Fid-disa’ parti tat-tabella “Mhux permessa garanzija komprensiva – 99208” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Kısıtlanmamıș kullanım”

    2.10.

    Fl-għaxar parti tat-tabella “Użu mhux ristrett- 99209”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Sonradan Düzenlenmiștir”

    2.11.

    Fil-ħdax-il parti tat-tabella “Maħruġ b’mod retrospettiv – 99210”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Çeșitli”

    2.12.

    Fit-tnax-il parti tat-Tabella “Diversi - 99211”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Dökme”

    2.13.

    Fit-tlettax-il parti tat-tabella “Bil-kwantità - 99212”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

        TR Gönderici”

    2.14.

    Fl-erbatax-il parti tat-tabella “Min jikkonsenja - 99213”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

    “—

    3.

    L-Anness C1 jinbidel bit-test li ġej:

    “ANNESS C1

    PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

    DOKUMENT TA’ GARANZIJA

    GARANZIJA INDIVIDWALI

    I.   Obbligazzjoni mill-garanti

    1.

    Is-sottoskritt (1) … bl-indirizz fi (2) … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … sa ammont massimu ta’ … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (3), kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal (4) … jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda taħt il-proċedura komuni ta’ transitu jew ta’ transitu Komunitarja mill-uffiċċju tat-tluq ta’ … lejn l-uffiċċju ta’ destinazzjoni …

    Deskrizzjoni tal-oġġetti:

    2.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba sakemm hu jew hi jew kull persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix qabel l-għeluq dak il-perijodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

    Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perijodu li fih is-sottoskritt hija obbligata tħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti ta’ dan il-perijodu addizzjonali, b’mod partikolari l-imgħax, għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

    3.

    Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mill-jum tal-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt tibqa’ responsabbli għall-ħlas tad-dejn li jinqala’ matul l-operazzjoni ta’ transitu Komunitarja jew komuni kopert minn din ir-rabta u mibdija qabel ma tkun daħlet fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

    4.

    Għall-finijiet ta’ din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz (5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

    Pajjiż

    Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

    Is-sottoskritt jaċċetta li kull korrispondenza, avviż u formalità jew proċedura marbuta ma’ din ir-rabta, indirizzata lil jew effettwata bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi tiegħu għal servizz, tiġi aċċettata bħala debitament imwassla lilu.

    Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

    Is-sottoskritt jobbliga ruħu li ma tibdilx l-indirizzi tiegħu jew, li jekk ikollu jbiddel wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, javża bil-quddiem lill-uffiċċju tal-garanzija.

    Magħmul fi …, fi …

    (Firma) (6)

    II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

    Uffiċċju tal-garanzija …

    L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fi … biex tkopri l-operazzjoni komuni ta’ transitu/ta’ transitu Komunitarja taħt id-dikjarazzjoni ta’ transitu Nru … ta’ … (7)

    (Timbru u firma)

    4.

    L-Anness C2 jinbidel bit-test li ġej:

    “ANNESS C2

    PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

    DOKUMENT TA’ GARANZIJA

    GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ DOKUMENTI TA’ KREDITU

    I.   Obbligazzjoni mill-garanti

    1.

    Is-sottoskritt (8) … bl-indirizz fi (9) … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (10), kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli għall-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda taħt il-proċedura komuni ta’ transitu jew ta’ transitu Komunitarja, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 7 000 għal kull vawċer.

    2.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba, sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm hu jew hi jew kull kull persuna kkonċernata ma tistabilixxix qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

    Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perijodu li fih is-sottoskritt hija obbligata tħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti ta’ dan il-perijodu addizzjonali, b’mod partikolari l-imgħax, għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

    3.

    Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mill-jum tal-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt tibqa’ responsabbli għall-ħlas tad-dejn li jinqala’ matul l-operazzjoni ta’ transitu Komunitarja jew komuni kopert minn din ir-rabta u mibdija qabel ma tkun daħlet fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

    4.

    Għall-finijiet ta’ din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz (11) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

    Pajjiż

    Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

    Is-sottoskritt jaċċetta li kull korrispondenza, avviż u formalità jew proċedura marbuta ma’ din ir-rabta, indirizzata lil jew effettwata bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi tiegħu għal servizz, tiġi aċċettata bħala debitament imwassla lilu.

    Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

    Is-sottoskritt jobbliga ruħu li ma tibdilx l-indirizzi tiegħu jew, li jekk ikollu jbiddel wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, javża bil-quddiem lill-uffiċċju tal-garanzija.

    Magħmul fi … fi …

    (Firma) (12)

    II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

    Uffiċċju tal-garanzija

    L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-

    (Timbru u firma)

    5.

    L-Anness C4 jinbidel bit-test li ġej:

    “ANNESS C 4

    PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

    DOKUMENT TA’ GARANZIJA

    GARANZIJA KOMPRENSIVA

    I.   Obbligazzjoni mill-garanti

    1.

    Is-sottoskritt (13) … bl-indirizz (14) … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … sa ammont massimu ta’ … li huwa 100/50/30 % (15) tal-ammont ta’ referenza, favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino, (16) kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi - li għalihom il-prinċipal, (17) …, jista jkun jew isir responsabbli lejn il-pajjiżi fuq imsemmija għal dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta’ transitutarja jew komuni.

    2.

    Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba sal-limitu tal-ammont imsemmi hawn fuq, sakemm hu jew hi jew kull kull persuna kkonċernata ma tistabilixxix qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

    Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perijodu li fih is-sottoskritt hija obbligata tħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti ta’ dan il-perijodu addizzjonali, b’mod partikolari l-imgħax, għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

    Fuq talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni magħrufa bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perijodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perijodu li fih hu jew hi huma obbligati li jħallsu s-somom mitluba.

    3.

    Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mill-jum tal-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt tibqa’ responsabbli għall-ħlas tad-dejn li jinqala’ matul l-operazzjoni ta’ transitu Komunitarja jew komuni kopert minn din ir-rabta u mibdija qabel ma tkun daħlet fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

    4.

    Għall-finijiet ta’ din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz (18) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

    Pajjiż

    Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

    Is-sottoskritt jaċċetta li kull korrispondenza, avviż u formalità jew proċedura marbuta ma’ din ir-rabta, indirizzata lil jew effettwata bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi tiegħu għal servizz, tiġi aċċettata bħala debitament imwassla lilu.

    Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

    Is-sottoskritt jobbliga ruħu li ma tibdilx l-indirizzi tiegħu jew, li jekk ikollu jbiddel wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, javża bil-quddiem lill-uffiċċju tal-garanzija.

    Magħmul fi … fi …

    (Firma) (19)

    II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

    Uffiċċju tal-garanzija

    L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-…

    (Timbru u firma)

    6.

    Fil-Kaxxa 7 tal-Anness C5, il-kelma “it-Turkija” tiddaħħal bejn il-kliem “l-Isvizzera” u “Andorra”.

    7.

    Fil-Kaxxa 6 tal-Anness C6, il-kelma “it-Turkija” tiddaħħal bejn il-kliem “l-Isvizzera” u “Andorra”.


    (1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

    (2)  Indirizz sħiħ.

    (3)  Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jgħaddux minnu. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino japplikaw biss għall-operazzjonijiet ta’ transitu Komunitarji.

    (4)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-priċipal.

    (5)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-mandatarji tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fid-disputi rigward din il-garanzija.

    (6)  Il-persuna li tiffirma d-dokument għandha iddaħħal dan li ġej bil-kitba bl-idejn qabel il-firma tagħha/tiegħu: ‘Garanzija għall-ammont ta’ …’, fejn l-ammont jinkiteb bil-kliem.

    (7)  Biex timtela mill-uffiċċju tat-tluq.”

    (8)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

    (9)  Indirizz sħiħ.

    (10)  Għal operazzjonijiet ta’ tranżitu Komunitarji biss.

    (11)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-mandatarji tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fid-disputi rigward din il-garanzija.

    (12)  Il-firma għandha tkun preċeduta b’dan li ġej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: ‘Garanzija’.”

    (13)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

    (14)  Indirizz sħiħ.

    (15)  Ħassar fejn ma japplikax.

    (16)  Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jgħaddux minnu. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino japplikaw biss għall-operazzjonijiet ta’ transitu Komunitarji.

    (17)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

    (18)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-mandatarji tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fid-disputi rigward din il-garanzija.

    (19)  Il-firma għandha tkun preċeduta b’dan li ġej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: ‘Garanzija għall-ammont ta’…’…, bl-ammont miktub sħiħ.”


    Top