This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0222(01)
Decision of the EEA Joint Committee No 222/2012 of 7 December 2012 amending Annex VII (Recognition of professional qualifications) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 81, 21.3.2013, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(57) | Żieda | punt 1 inċiż | 08/12/2012 |
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 222/2012
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness VII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness VII tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32012 R 0623: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 623/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.