EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0221

2012/221/UE: Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad- 19 ta’ Jannar 2012 dwar stedina lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simpilfikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija

ĠU L 114, 26.4.2012, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/221(1)/oj

26.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/31


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IS-SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET FIL-KUMMERĊ TAL-MERKANZIJA

tad-19 ta’ Jannar 2012

dwar stedina lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simpilfikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija

(2012/221/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (1) (il-“Konvenzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-iskambju ta’ merkanzija mal-Kroazja ikun iffaċilitat b’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jolqtu l-kummerċ tal-merkanzija bejn il-Kroazja u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.

(2)

Bil-ħsieb li jinkiseb tali faċilitazzjoni, huwa xieraq li l-Kroazja tiġi mistiedna biex taderixxi mal-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F’konformità mal-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni, il-Kroazja hija mistiedna, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kroazja mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, biex taderixxi mal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Mirosław ZIELIŃSKI


(1)  ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.


ANNESS

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad-19 ta’ Jannar 2012 (Deċiżjoni Nru 1/2012) li tistieden lill-Kroazja biex issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija.

L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tista’ ssir billi jiġi ppreżentat l-Istrument tal-Adeżjoni tagħha mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Kroazja skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Is-Segretarju Ġenerali

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kroazja,

B’kont meħud tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad-19 ta’ Jannar 2012 (id-Deċiżjoni Nru 1/2012) li tistieden lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija (il-“Konvenzjoni”).

Waqt li tixtieq issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni,

B’DAN

Taderixxi mal-Konvenzjoni;

Tehmeż ma’ dan l-Istrument traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Kroazja;

Tiddikjara li taċċetta r-Rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija adottati bejn id-19 ta’ Jannar 2012 u d-data li l-Adeżjoni tal-Kroazja ssir effettiva skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.

Magħmula fi …

 


Top