Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0218

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 81, 21.3.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/218/oj

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 218/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti tad-dar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (3), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1059/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/17/KE (5) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1060/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/2/KE (6) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE

(7)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1061/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/12/KE (7) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(8)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 4a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), 4b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u 4f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Kapitolu IV huma mħassra.

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 4h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Kapitolu IV:

“4i.

32010 R 1059: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

4j.

32010 R 1060: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

4k.

32010 R 1061: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47), kif ikkoreġut bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72.

4 l.

32010 R 1062: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).”

3.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 1 huwa mħassar.

4.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 2 huwa mħassar.

Artikolu 2

L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 11a (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), 11b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u 11f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) għandu jitħassar.

2.

Il-punti li ġejjin huma inseriti wara l-punt 11h (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE):

“11i.

32010 R 1059: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1) (8).

11j.

32010 R 1060: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17) (8).

11k.

32010 R 1061: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-rekwiżiti tat-tikkettar enerġetiku tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47), kif ikkoreġut bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72  (8).

11l.

32010 R 1062: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64) (8).

(8)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni."

(8)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni."

(8)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni."

(8)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni."

3.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), it-Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 5 huwa mħassar.

4.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), it-Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 6 huwa mħassar.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72, u (UE) Nru 1062/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47.

(4)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64.

(5)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(6)  ĠU L 45, 17.2.1994, p. 1.

(7)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(9)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top