Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0206

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 81, 21.3.2013, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/206(2)/oj

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 206/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012, dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117 162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2012 tat-3 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma AD) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (7) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2012 tas-17 ta’ Frar 2012 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-monensin sodiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma NV Belgium) (8) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1730/2006 fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-aċidu benżojku (detentur tal-awtorizzazzjoni Emerald Kalama Chemical BV) (10) għadu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta’ Marzu 2012 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galaktożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120 604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad-19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(16)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 1y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001), 1zy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004), 1zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2004) u 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004):

“—

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36).”

2.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36),

32012 R 0334: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad-19 ta’ April 2012 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006):

“, kif emendant minn:

32012 R 0333: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006):

“—

32012 R 0226: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 6).”

5.

Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punti 2h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010), 2zc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011) u 2zp (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011):

“, kif emendant minn:

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36).”

6.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2zi (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011):

“, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36, kif emendat bi:

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36).”

7.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zw (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011):

“2zx.

32012 R 0081: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012, dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 29, 1.2.2012, p. 36).

2zy.

32012 R 0091: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117 162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.) (ĠU L 31, 3.2.2012, p. 3).

2zz.

32012 R 0093: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2012 tat-3 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 33, 4.2.2012, p. 1).

2zza.

32012 R 0098: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill- Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma AD) (ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6).

2zzb.

32012 R 0131: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH) (ĠU L 43, 16.2.2012, p. 15).

2zzc.

32012 R 0136: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (ĠU L 46, 17.2.2012, p. 33).

2zzd.

32012 R 0140: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2012 tas-17 ta’ Frar 2012 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-monensin sodiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma NV Belgium) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 18).

2zze.

32012 R 0227: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal- Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 8).’

2zzf.

32012 R 0237: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta’ Marzu 2012 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galaktożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120 604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1).

2zzg.

32012 R 0333: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3).

2zzh.

32012 R 0334: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad-19 ta’ April 2012 jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija tas- Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6).”

8.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 31m (ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendant minn:

32012 R 0225: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 81/2012, (UE) Nru 91/2012, (UE) Nru 93/2012, (UE) Nru 98/2012, (UE) Nru 118/2012, (UE) Nru 131/2012, (UE) Nru 136/2012, (UE) Nru 140/2012, ir-Regolament (UE) Nru 225/2012, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 226/2012, (UE) Nru 227/2012, (UE) Nru 237/2012, (UE) Nru 333/2012 u (UE) Nru 334/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 29, 1.2.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 31, 3.2.2012, p. 3.

(3)  ĠU L 33, 4.2.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6.

(5)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36.

(6)  ĠU L 43, 16.2.2012, p. 15.

(7)  ĠU L 46, 17.2.2012, p. 33.

(8)  ĠU L 47, 18.2.2012, p. 18.

(9)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 1.

(10)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 6.

(11)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 8.

(12)  ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1.

(13)  ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3.

(14)  ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top